Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Bidu għal staġun ġdid bl-introduzzjoni tas-seba’ timfl-Ewwel Diviżjoni

Colin Schembri

Hekk kif illum jiftaħ staġun ġdid tal-basketball lokali bil-finali tas-Super Cups bejn Starlites JSD u Mellieħa Libertas fl-irġiel u Starlites JSD kontra Caffè Moak Luxol fin-nisa, dan l-artiklu se jagħti ħarsa fil-qosor lejn dak li se nistennew fl-istaġun li ġej mit-teamijiet li se jieħdu sehem fl-istaġun 2023-2024. Novita fil-basketball maskili se tkun l-introduzzjoni tas-seba’ team fl-ewwel diviżjoni, Valletta Fighters. Is-sitt teamijiet tal-istaġun li għadda kkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom bic-Champions renjanti Starlites jerġgħu jibdew fost il-favoriti. Bla dubju t-team ta’ Depiro kienu attivi ferm fis-suq tat-trasferimenti u se joffru sfida qawwija flimkien ma’ Luxol li wkoll akkwistaw players ġodda. Saret ukoll bidla fil-kompetizzjonijiet tal-MBA fejn l-MBA Shield issemmiet għal mibki John Tabone u se tkun magħrufa bħala l-John Tabone Shield u t-tazza Louis Borg ġiet trasferita għall-kategorija ta’ taħt it-23 sena. Tispikka wkoll ir-regola ġdida fejn players barranin residenti f’Malta għal tlett snin jew aktar issa huma meqjusa bħala players lokali u jistgħu jilgħabu mingħajr limitu.

Wara staġun brillanti għal Starlites BC fejn rebħu l-kampjonat tal-ewwel diviżjoni kemm irgiel għat-tieni sena konsekuttiva rebħu wkoll l-MBA shield, KO u Super Cup.Apparti dawn l unuri, Starlites rebħu wkoll il-kampjonat ta’ taħt it-23 sena. Dan l-istaġun huma ċedew lil Ryan Carabott. Huma jistennew ir-ritorn ta’ Matthew Scerri wara waqfa minħabba injury, jirritorna wkoll il-guard Matt Attard u miegħhu jingħaqdu żewġ players Amerikani professjonisti; Davonte Craven u Christian Hinckson li jiehdu post Darius George u Jacob Bates. Kif mistenni Paul Ferrante żamm posthu fuq il-bank ta’ Starlites.

Il-finalisti telliefa tal-istaġun li għadda u rebbieħa tat-tazza Louis Borg Mellieħa Libertas għamlu bidla fil-coach fejn Ian Terribile se jmexxi lit-team minflok it-Taljan Christian Narcisio. Mellieħa huma club pjuttost ġdid fejn wara li rebħu diversi unuri fit-tieni diviżjoni, rebħu l-ewwel unur maġġuri fl-ewwel diviżjoni fl-2021 bir-rebħ tan-Knock-out. Għal dan l-istaġun, Mellieħa saħħew l-iskwarda bil-players Amerikani Kwame Thompson li mhux wiċċ ġdid għal basketball Malti u Tederick Wolfe. Dawn se jingħaqdu mal-players ġodda Ryan Carabott, Klemen Skrabec, Corrado Mercurio, Eduardo Valdespina u Alexander Velesinovic. Huma tilfu lil Nenad Bukva, Omar Said, Miguel Falzon u Nikola Jovanovic fil-waqt li kkonfermaw players bħal captain tat-team nazzjonali David Bugeja, Robert Bonnici, Isaac Bonett u Vukassin Jandric.

Depiro Sigma mill-ġdid taħt it-tmexxija tal-coach Ruben Baldacchino kienu ferm attivi fis-suq tat-trasferimenti fejn approfittaw mir-regola ġdida tal-barranin billi ngaġġaw magħhom żewġ players Nikola Bozovic u Bogdan Mrkojevic li kienu protagonisti ma’ Fusion l-istaġun li għadda flimkien ma’ Nenad Bukva mingħand Mellieħa. Fil-waqt li kkonfermaw lill-Amerikani Kameron Rooks u Cameron Cornelius, huma kellhom dak li jista’ jitqies bħala wieħed mill-aqwa akkwisti fl-aħħar snin meta kisbu l-firma ta’ Joshua Tomasi li rajnieh għall-ewwel darba b’passaport Malti fil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar fis-sajf li għadda.

Luxol, ukoll għamlu akkwisti importanti ghal-iskwadra bit-trasferiment tal-player nazzjonali Malti Nathan Xuereb, u bl-inklużjoni fl-iskwadra ta’ tlett playersbarranin. Dawn huma Tariq Woody, Gael Hulsen u Nikola Jovanovic. L-iswadra issa fiha element ta esperjenza li żgur ħa tgħin biex it-team ikun kompetittiv. Luxol ċedew biss lil Nikola Vasovic fil-waqt li kisbu tlett players żgħażagħ bi prospettiva għal futur Adam Azzopardi, Sebastian Pace u Isaac Azzopardi. Fit-tmun nerġħu naraw lil coach Duncan Fenech li ħa jkompli jibni fuq l-element żagħzugh fil-club ma’ players oħra ta’ esperjenza li żgur ħa jwasslu għal dinamika nteressanti dan l-istaġun.

Team li għadda minn transizzjoni nteressanti huma t-team ta’ Gżira Athleta li ħatru lil l-Grieg Christos Kousidis bħala l-Head Coach tagħhom. Wara staġun pjuttost deludenti għal wieħed mill-clubs ewlenin fix-xena tal-basketball lokali, din is-sena ser naraw numru ta’ bidliet fit-tim tal-Athleta. Il-player internazzjonali Malti, Nathan Xuereb, li huwa prodott tal-Athleta, ħalla l-Club biex jingħaqad mar-rivali eterni, Luxol. Iżda l-kumitat wara li kkonferma l-parti kbira tal-players lokali, ħa ħsieb li jirreġistra żewġ players ġodda, il-Pollak Piotr Stelmach u Theodoros Chatzimoysis mill-Greċja li jikkwalifikaw bħala-‘local foreigners‘ taħt ir-regoli l-ġodda li ħabbret l-MBA għall-istaġun li jmiss. Barra minnhekk il-Club tal-Athleta ffirma kuntratt ma’ żewġ players professjonali Amerikani, Dajuan Arillus Moorer minn Pensacola u Malik Jerrell Riddle minn Chicago.  

Din is-sena jaħbat l-40 sena mit-twaqqif tat-tim minn Raħal Ġdid tal-Hibernians. Dak iż-żmien kien bl-isem ta’ Paola Stars, tim li baqa’ magħruf għas-suċċessi li kellu kemm fit-tim maskili, kif ukoll fit-tim femminili. Għal dan l-istaġun 2023/24, it-tim tal-irġiel ser ikun immexxi mill-kowċ Mario Tabone. It-tim tal-irġiel kiseb 2 plejers Amerikani ġodda; Calvin Whipple u Mason Hix. It-tim kiseb ukoll is-servizzi ta’ zewġ plejers oħra lokali Nik Vasovic u Billy Zammit biex jingħaqdu ma’ plejers ta’ esperjenza u oħrajn żgħażagħ li kollha ħarġu mill-Hibernians Basketball Nursery.

It-team ta’ Valletta Fighters huwa team ġdid fil-basketball lokali li se jipparteċipa għall-ewwel darba fl-ewwel diviżjoni. Il-club ħatar lil Amman Harry Savaya bħala direttur tekniku. Fost il-players li akkwistaw it-team ta’ Valletta nsibu lill-guard Amerikan Desean Mattox. Fost il-players lokali fl-iskwadra nsibu lil Ruben Curmi u Christian Briffa flimkien ma Jun Jun Lisondra li ilhu snin twal jilgħab f’pajjiżna fit-tieni diviżjoni.

Fil-kampjonat nazzjonali nsibu l-istess ħames teamijiet li ħadu sehem l-istaġun li għadda bit-team ta’ Fusion issa parti ntegrali mil-logħob kompettiv.

Ic-Champions Starlites joffru mill-ġdid bilanċ interessanti ta pleyers stabbiliti u ohrajn żagħżagħ li ser jgħinu biex jiffurmaw tim b’saħħtu u bilanċjat. It team ser ikun immexxi mil coachTork, Fatih Deodoglu u il -pleyer professjonista li ser issaħħaħ it team hija l-Amerikana Paige Cannon li se tieħu post Amelia Simmons u ser tiddebutta ma’ Starlites propju fil-finali tas-Super Cup.

Caffè Moak Luxol, finalisti telliefa tal-istaġun li għadda u rebbieħa tas-Super Cup, Knock Out u Louis Borg Cup ħa jkunu qed jkomplu jibnu fuq it triq ta’ dawn l-aħħar snin. Dan l-istaġun players stabbiliti, fosthom Josephine Diaby ha jibqa’ jkollhom impatt kbir fuq il-logħba tal-Luxol. Bħas-sena li ghaddiet il-coach Santino Coppa ser ikun qed jinkludi players żgħażagħ li diġa spikkaw bill-kontribut tagħhom u ohrajn li telgħin min-nursery bil-għan li il-plejers żgħażagħ ikollhom spazju jikbru fil-logħba ma ġenb il-players stabbiliti. Luxol ukoll ħabbru l-akkwist tal-player Amerikana Tayler Bennett.

Similarment għas-settur maskili, it-team ta’ Depiro wkoll kienu attivi fis-suq tat-trasferimenti. Kmieni matul is-sajf huma ħabbru l-ingaġġ tal-coach Adrian Baldacchino li l-istaġun li għadda mexxa lil Depiro Hoops għar-rebħ tal-kampjonat tat-tieni diviżjoni tal-irġiel. Huma akkwistaw il-firem tal-players internazzjonali Kirsty Galea u Sophie Abela li jirritornaw pajjiżna wara snin jistudjaw fl-Istati Uniti. Magħhom tingħaqad il-player Kanadiża Jose Ann Johnson wara snin tilgħab fi Franza, Greċja, l-Olanda u l-Kanada.

It-tim minn Raħal Ġdid tal-Hibernians ser ikun immexxi mill-kowċ Sandro Farrugia. It-tim tan-Nisa kiseb plejer Amerikana ġdida Lyndsey Whilby. It-tim kiseb ukoll is-servizzi Fanny Fabok sabiex tingħaqad ma’ plejers żgħażagħ li kollha ħarġu mill-Hibernians Basketball Nursery.

Minn naħa ta’ Fusion, huma żammew diversi players mill-istaġun li għadda fil-waqt li magħhom żiedu lil Hayley Grixti u Maria Rita Agius. Huma inkludew ukoll lil Priscila Carona (Argentina), Augustina Ledesma (Argentina) u Nicole Montalvo (Peru). Huma jistennew ukoll ir-ritorn ta’ July Londono minn injury aktar tard matul is-sena.