Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Il-korruzzjoni tal-isptarijiet ma tinkoraġġix liż-żgħażagħ jidħlu fil-politika


Ivan Castillo, PN


Id-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo qal fil-parlament li l-korruzzjoni tal-isptarijiet ma jinkoraġġix liż-żgħażagħ jidħlu fil-politika.


Ivan Castillo qal li l-gvern neħħa l-poteri kważi kollha tal-kunsilliera lokali u sostna li dawn illum m’ħandhomx dritt li jwieġbu għall-ilmenti tar-residenti.


Hu sostna li l-pajjiż għandu nies li kienu lesti li jitgħabbew bir-responsabbiltà fit-tmexxija iżda l-gvern neħħielhom kompletament il-poteri biex iwettqu. Il-kunsilli lokali llum saru estenzjoni tad-dipartimenti tal-gvern, sostna Ivan Castillo, li kompla li r-residenti qed jikkritikaw din is-sitwazzjoni.


Id-deputat Nazzjonalista kompla li f’San Pawl il-Baħar hemm telqa u abbandun fejn is-sindku stess iddikjara li ma kellux kontroll; l-istess hemm fil-Mellieħa. Jeħtieġ li jsir investiment fil-kunsilli lokali biex dawn ikunu jistgħu jwettqu l-programmi li jixtiequ jagħmlu iżda l-gvern naqqas il-fondi lill-kunsilli u llum dawn ma jistgħux jaħdmu.


Ivan Castillo tkellem dwar l-inklussività fil-kunsilli lokali u qal li skandlu bħal tal-isptarijiet ma jħajrux liż-żgħażagħ jersqu lejn il-politika. Id-deputat Nazzjonalista kompla li s-sentenza tal-Qorti tal-Appell dwar l-isptarijiet tgħid li kien hemm ftehim bejn il-gvern u Steward fosthom billi jiġġeddilhom iż-żmien waqt li dawn ma jagħtu xejn lura.