Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Ma setax ikun li Chirs Fearne ma kien jaf xejn dwar l-isptarijiet … għax iddikjara li Steward kienu ‘the right deal’


Claudette Buttigieg, PN


Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg sostniet fil-parlament li ma jistax ikun li d-Deputat Prim Ministru ma kien jaf xejn dwar il-ftehim tal-isptarijiet għaliex hu kien iddikjara li Steward kienu ‘the right deal’.


Claudette Buttigieg tkellmet dwar il-vot ta’ 16-il sena u qalet li ż-żgħażagħ ma kinux imħejjija tajjeb biex jipparteċipaw fil-proċess demokratiku. Fil-fatt ma sar xejn fl-iskejjel dwar l-importanza tal-vot u li kien hemm min iġġieled biex kulħadd ikollu dan id-dritt.


Hi qalet li l-politika hi għodda li tressaq ir-rieda tal-poplu li tressaq il-leġiżlazzjoni lejn dak li jixtieq il-poplu. Chris Ferane donnu nesa li kien iddikjara li l-qalba bejn Vitals u Steward fil-fatt kien the real deal; issa l-Qorti tal-Appell iddikjarat li lanqas dan ma kien the real deal.


Claudette Buttigieg qalet li fl-20 ta’ Marzu 2015 Daphne Caruana Galizia kienet qalet li l-gvern kien diġà laħaq ftehim ma’ Oxley, li m’humiex xi istituzzjonijiet medika iżda kumpanija tal-investiment. Caruana Galaizia kienet qalet li wara li l-gvern diġà għamel ftehim ma’ Oxley allura kull ftehim ieħor hu assurd.


Id-deputat Nazzjonalista kompliet li Daphne Caruana Galizia kienet qalet li dawk li tħajru jinvestu fl-isptarijiet kienu qed jaħlu flushom għaliex il-kumpanija kienet diġà ingħażlu. Il-persuni wara Oxley Group waqqfu lil Vitals fosthom Ram Tumuluri, il-persuna li Chris Fearne kien indirizza konferenza tal-aħbarijiet fejn iddikjara li Steward huma ‘the right deal’.


L-ex Prim Ministru Joseph Muscat iddikjara li kienu interessi moħbija li opponew il-modernizzazzjoni u l-kontabbiltà fis-settur tas-saħħa u li dawn kellhom rwol biex ifixklu l-ftehim tal-isptarijiet.