Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

L-Italja: Jitneħħa minn preżentatur ta’ Diario del Giorno wara kummenti li embarazzaw lill-Prim Ministru

Andrea Giambruno, l-eks-sieħeb tal-Prim Ministru tal-Italja, Georgia Meloni, tneħħa minn preżentatur ta’ programm popolari tat-Televiżjoni tal-Istat wara ‘leak’ tal-kummenti ‘inaċċettabli u mhumiex xierqa’ li hu kien għadda fil-konfront tan-nisa waqt li kien qiegħed ‘off air’.

Dan ifisser li Giambruno mhux se jipperżenta aktar il-programm Diario del Giorno fuq l-Istazzjon Rete 4 tal-kumpannija  Mediaset u meta postu, issa, ittieħed mill-ġurnalista Manuela Boselli. Intant, il-Mediaset qalet li mhumiex se jitressqu proċeduri dixxiplinarji fil-konfront ta’ Giambruno li se jkompli jkun involut mal-programm f’kapaċità editorjali.

Giorgia Meloni, il-ġimgħa l-oħra, ikkonfermat li kienet qed tissepara minn ma’ Giambruno wara relazzjoni twila miegħu. Dan wara li l-programm satiriku Striscia La Notizia xandar rekording ta’ Giambruno waqt i kien qed jitkellem b’mod indiċenti ħafna mal-kollegi nisa – u bi Giambruno, issa, jitlob skuża għall-mod kif hu kien ġab ruħu.

Il-kumpannija Mediaset hi proprjetà tal-familja tal-eks Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi  u l-istampa fl-Italja qed tispekula li l-konsegwenzi dwar ir-rimarki ta’ Giambruno xprunaw tensjoni fi ħdan il-Gvern ta’ Meloni.

Il-Partit Forza Italia, li twaqqaf minn Berlusconi, hu wieħed mit-tliet partiti msieħba fil-koalizzjoni tal-lemin li qed tmexxi lill-pajjiż u meta t-tifel il-kbir ta’ Berlusconi – Pier Silvio – hu l-Kap attwali ta’ Mediaset.

Dan meta l-familja Berlusconi u  Forza Italja qed jiċħdu għal kull sehem fil-‘leak’ tad-diskors ta’ Giambruno…Diskors li fost oħrajn  kien embarazzanti ħafna għall-Prim Ministru Meloni li għadha kemm għalqet sena fil-poter.