Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Iż-żgħażagħ għandhom ikunu inkoraġġiti jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali


Graziella Galea, PN


Id-deputat Nazzjonalista Graziella Galea qalet fil-parlament li ż-żgħażagħ għandhom ikunu inkoraġġiti jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali.


Graziella Galea qalet li l-kunsilli lokali jagħtu s-sens li għandha ssir ħidma fil-lokalitajiet. Hi tkellmet dwar l-esperjenza tagħha bħala Sindku ta’ San Pawl il-Baħar u appellat biex ħadd ma jaqta’ qalb iż-żgħażagħ milli jikkontestaw l-elezzjonijiet għall-kunsilli lokali.


Graziella Galea qalet li l-element żagħżugħ hu importanti ħafna fil-kunsilli lokali u appellat biex il-kandidati kollha jkunu preparati sew għal dak li jista’ jiltaqa’ miegħu fil-kusill. Id-Diaprtiment tal-Kunsilli Lokali għandhom iħarrġu lill-kandidati tal-kunsilli lokali fil-karigi kollha li huma jistgħu jokkupaw meta u jekk ikunu eletti.


Id-deputat Nazzjonalista kompliet li 30 sena wara t-twaqqif tal-kunsilli lokali għadda biżżejjed żmien biex ikun assigurat li l-liġi tkun osservata f’kull ħin.


Graziella Galea qalet li l-iskema tal-ġbir tal-iskart qed tfalli f’diversi lokalitajiet. Hi sostniet li jista’ jkun hemm riformi fil-finanzjament tal-kunsilli biex il-kunsilli lokali iktar fondi biex huma jkunu jistgħu joperaw.
Id-deputat Nazzjonalista appellat biex iktar żgħażagħ imorru jivvotaw fl-elezzjonijiet għaliex dan hu dmir tagħhom.