Alex Borg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Alex Borg sostna fil-parlament li l-PN hu determinat li jaħdem biex is-saħħa tkun waħda ta’ eċċellenza għall-poplu.
Alex Borg qal li x-xena politika fl-aħħar snin tappnet il-politika fil-pajjiż tant li din is-sitwazzjoni qed timbotta liż-żgħażagħ ‘l barra mill-politika.
Hu semnma’ s-sentenza tal-Qorti tal-Appell dwar l-isptarijiet u qal li din kienet eżempju ċar ta’ politiċi tajba mill-Oppożizzjoni li ġabu riżultat tajjeb għall-pajjiż. Min-naħa l-oħra l-kollużjoni li kien hemm bejn il-gvern, Vitals u Steward hi eżempju li jimbotta lin-nies mill-politika.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-każ tal-Isptar Ġenerali ta’ Gawdex kien l-akbar eżempju ta’ kemm il-kuntratt falla; l-istess sar fil-każ tal-Isptar San Luqa. Alex Borg kompla li s-saħħa hi settur kruċjali għall-ekonomija Maltija u qal li s-saħħa għandha tkun prijorità assoluta għal kull gvern.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Ipstar Ġenerali ta’ Gaħwdex hu l-uniku sptar li hemm f’Għawdex iżda l-poplu Għawdxi għadu fil-għama dwar x’se jseħħ f’dan is-settur. Hu sostna li ttieħdu €400 miljun mit-taxxi tal-poplu u qal li hemm esponenti tal-gvern li kienu konfoffa u kienu parti minn dan l-ingann. Il-PN hu determinat li jkompli jitkellem u jsemma’ leħnu sakemm issir ġustizzja u biex ikun assigurat li s-servizz tas-saħħa jkun wieħed ta’ eċċellenza.