Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Kunċert li jiċċelebra l-ħajja ta’ Raymond Mahoney

Għadejjin ġmielhom il-provi għall-avveniment mużikali ‘Musicals Maltin – Tribute to Raymond Mahoney’. Kunċert li ser jinkludi siltiet ta’ kanzunetti meħudha mill-aqwa mucials Maltin.

Dan il-kunċert, li ser ikun iddedikat lill-awtur Ray Mahoney, mhux biss ser iffakkar il-memorja tiegħu permezz ta’ bosta siltiet mill-pinna tiegħu iżda ser ikun ċelebrazzjoni fih innifsu…kif fisser ma’ Net News is-surmast Paul Abela.

Is-surmast Paul Abela li ser ikun qed jidderiġi il-Malta Concert Orchestra spjegalna illi għalkemm ħafna jiftakru lil Ray Mahoney b’għożża bħala kittieb ta’ wħud mill-aqwa musicals Maltin, Mahoney kien ukoll poeta u awtur ta’ diversi kotba.

Dan il-kunċert ser joffri siltiet minn Musicals Maltin li bosta jafu sew – pero ser jinkludu wkoll siltiet mużikali li mhumiex daqshekk popolari.

Dan il-kunċert ser ikun festa ta’ talent lokali fejn flimkien mal-Malta Concert Orchestra ser ikun hemm ukoll uħud mill-aqwa kantanti Maltin, fosthom: Lawrence Gray, Georgina, Roger Tirazona, Olivia Lewis, Mark Tonna u Talitha Grech. Il-kunċert ser ikun qed jittela fi Pjazza Teatru Rjal nhar il-Ġimgħa fit-20:30.