Surġent tal-Pulizija mara ta’ 38 sena mis-Siġġiewi li isimha ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti ġiet mixlija quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia li għamlet rapport falz fuq dak li kien is-sieħeb tagħha Din wara li hi allegat li dan kien juri filmati pornografiċi lit-tifla minn fuq il-mobile tiegħu.
Il-mara kienet għamlet rapport li kien jgħid li l-eks partner tagħha li ma baqgħet tgħix miegħu kien ikkorrompa lil binthom ta’ erba’ snin u li kien seħħ każ ieħor simili sitt snin wara. Il-koppja ma kienitx għadha flimkien meta seħħ ir-rapport.
Sussegwentement ir-raġel kien ġie lliberat minn kull akkuża. Kien fl-fl-2016 li l-Pulzija kienet irċiviet rapport li Godfrey Camilleri kien wera filmat pornografiku lil bintu mill-mobile phone tiegħu stess u dan waqt li t-tifla kienet tkun miegħu fil-ħin tal-aċċess li kellu għaliha.
L-akkużi kienu jgħidu li l-filmat kien intwera minn fuq mobile tal-marka Samsung bil-filmat jitħalla għal sitt snin sħaħ fuq l-istess mobile li kien ingħata lill-minuri sabiex hi tagħmel użu minnu. Madankollu mill-provi kien ħareġ li fl-ewwel okkażjoni meta t-tifla kellha erba’ snin hu ma setax itella’ filmati minn fuq il-mobile Samsung tiegħu għax l-imsemmi mobile ma kellux il-kapaċità li jtella filmati dak iż-żmien.
It-tifla kienet xehedet permezz ta’ video conferencing fil-11 ta’ Frar tal-2016 u qalet li kellha erba’ snin meta kienet għand missierha fil-kamra tas-sodda huwa kien qed jara xi ritratti pastażi minn fuq il-mobile tiegħu li hi rat biss għal ftit sekondi u dan għaliex hi qaltlu sabiex ineħħihom.
Hi wara qalet li għattiet għajnejha u li qalet b’dan kollu lill-kuġina tagħha. It-tifla ma kinitx għarfet lil missiera fil-Qorti waqt il-proċeduri kontrih u bdiet tgħid li ma tafux u qalet li lil ommha kienet tħobbha ħafna, u li ommha kienet ukoll titlobha tirrakontalha kif qatthet il-ħin ma’ missierha.
Fil-proċeduri li kienu saru quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli, llum Imħallef huwa kien ġie mixli li b’għemil żieni kkorrompa lil bintu permezz tal-mobile meta kien uriha xi ritratti espliċiti.
Il-mod kif xehdet it-tifla jistona kienet qalet il-Qorti
Camilleri dejjem ċaħad li hu qatt wera xi videos ta’ din ix-xorta lil bintu. Kien qal ukoll li martu kienet għamlet diversi rapporti fuqu fil-passat fosthom li kien aggrediha b’sikkina, liema allegazzjonijiet rriżulta li kienu gideb.
Minn dak li semgħet il-Qorti li kellha esperjenza vasta peress li kienet assenjata tisma’ każijiet bħal dawn, l-eks Maġistrat Demicoli qalet li ssibha ferm diffiċli li li temmen li tifla ta’ erba’ snin setgħet tifhem u tiftakar dak id-dettall kollu dwar video li allegatament rat sitt snin qabel.
“Hija diffiċli li tifla ta’ dik l-età tassorbi ċertu dettalji u barra minn hekk il-komportament tat-tifla meta xehdet fejn l-ewwel qalet li l-ewwel rat biss xi ritratti għal ftit sekondi u wara għattiet għajnejha, biex wara ħafna insistenza mill-prosekuzzjoni bdiet tagħti dettalji dwar kid rat il-video biex wara ftit missierha kompla jara l-video. Kif mir-ritratti saru videos bil-parteċipazzjoni ta’ żewġt ibniet u tifel. Li waħda mill-bniet kienet mimduda u x’għamel u x’kellu t-tifel. Barra minn hekk meta kellha 10 snin qalet b’dan kollu lill-kuġina tagħha, li minn naħa tagħha marret tgħid lil ommha, li tiġi oħt l-akkużata.
Sadanittant oħtha baqgħet ma tagħatx spjegzzjoni għaliex ħalliet dak iż-żmien kollu jgħaddi qabel ma tkellmet ma’ xi ħadd u li wara wkoll qalet li l-video ratu wkoll il-kuġina permezz ta’ link ‘oyesmummy.com.’
Barra minn hekk it-tifla damet ħafna biex tidentifa lil missierha. Il-Qorti kienet qalet li huwa minnu li ż-żewġt t’itfal kienu raw video mhux adattat għalihom fuq il-mobile, iżda mill-provi bl-ebda mod mar-raġel kien jaf bl-eżistenza ta’ dan il-video fl-2015 jew li fl-2009 hu werieh lil bintu.
L-AĠ ma ħax azzjoni
Wara din is-sentenza l-avukati ta’ Godfrey Camilleri kienu talbu lill-Avukat Ġenerali ta’ dak iż-żmien Peter Grech biex jittieħdu passi fil-konfront tas-Surġent tal-Pulizija, liema passi qatt ma ttieħdu minħabba li Grech qal li mkien mal-Qorti ddikjarat jew għamlet xi talba biex jittieħdu xi passi kontra l-mara li għamlet ir-rapport.
Hawn l-Avukati Alfred Abela u Renè Darmanin li qed jidhru għal Camilleri għamlu challenge fil-Qorti biex jittieħdu passi kontra s-Surġent. Il-Maġistrat Nadine Lia kienet laqgħet it-talba u minn hawn il-quddiem il-Pulizija bdiet tinvestiga. It-Tnejn, is-Supretendent Graziella Muscat xehdet fil-qosor dwar il-każ li għandu jkompli fis-16 ta’ Frar fid-9am. Għas-Surġent qed jidher l-Avukat Albert Zerafa.