Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Il-Ministru Ian Borg allegatament involut direttament mal-iskandlu ta’ Transport Malta

Messaġġi fuq WhatsApp juru li l-Ministru Ian Borg u ħaddiema fil-miniseru tiegħu kienu jagħtu numru ta’ ismijiet lil Clint Mansueto, d-Direttur tal-Liċenzjar fi Transport Malta, biex dan ‘jgħin’ lil dawn il-persuni i biex jingħataw il-liċenzja.

Messaġġ partikolari li kien mibgħut lura fl-2019, juri lil Ministru Borg, jgħid lil Mansueto li barman fi stabiliment f’Ħad-Dinglli, kien qed jistenna d-data ta’ meta għandu jitla’ biex jagħmel l-eżami, bid-Direttur tal-Liċenzjar iwieġeb ‘l-ħabib tiegħek huwa l-ħabib tiegħi’ … ġimagħtejn wara Mansueto jibgħat messaġġ lil Ministru Borg jgħidlu li dan il-barman ‘gradwa’.

Waqt li messaġġ ieħor juri li l-Ministru Borg kien bagħat mesaġġ lil Mansueto b’isem u ID card ta’ persuna, bl-iskuża li dan il-persuna ma kienx qed jingħata trattament xieraq għax kien weħel mill-eżami darbtejn, u għalhekk talab lil Mansueto biex jassigura li din id-darba jkun ttrattat sew.

Uffiċjali mil-uffiċċju tal-Prim Ministru, u mill-uffiċċju tal-Ministru ta’ Għawdex kienu wkoll fost dawk li għaddew ismijiet lil Mansueto. Messaġġi li akwistaw it-Times of Malta juru li, mijiet ta’ ismijiet ingħataw lil Mansueto biex dawn jgħadu malajr u bla problemi ta’ xejn il-liċenzja tas-sewqan.

Dawn il-messaġġi juru wkoll kif ħafna drabi waqt l-eżami tal-liċcenzja tas-sewqan l-għalliem tagħhom lanqas biss kien jitħallha jkun preżenti. Ray Mizzi uffiċjal tal-customer care ta’ Kastillja kif ukol iċ-chief of staff ta’ Clint Camilleri ammetew li minn naħa tagħhom huma għaddew xi ismijiet lil TM sabiex jiżguraw il-voti ta’ dawn il-persun.

Minkejja li dawn iċ-chats ingħataw lill-Pulizija iktar minn sena ilu… Il-Pulizija għadhom ma resqu lil ħadd b’rabta ma dan ir-racket. Din l-investigazzjoni turi li iktar minn 11 il-uffiċjal tal-gvern u ta’ TM kellhom għarfien dwar din l-iskema biċ-Chairmen tal-PBS Mark Sammut jgħaddi wkoll numru ta’ ismijiet lil Transport Malta. Fost dawk involuti f’dan l-iskandlu hemm ukoll Rachel Debono, l-assistrenta personali ta’ Robert Abela, li dak iż-żmien kienet l-assistenta personali ta’ċ-Chairmen ta’ Transport Malta.