Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Anzjan bi ġrieħi serji wara li hu u mara waqgħu fi stabbiliment

Raġel ta’ 77 sena sofra ġrieħi serji u mara ta’ 72 sena sofriet ġrieħi ħfief wara li waqgħu fi stabbiliment. Kemm il-mara kif ukoll ir-raġel huma residenti r-Rabat, Għawdex.

Il-każ seħħ għal ħabta tal-10:45, fi Triq ir-Repubblika ir-Rabat Għawdex, meta għal xi raġuni l-mara tilfet il-bilanċ waqt li kienet fuq l-escalator bil-konsegwenza li waqgħet b’lura fuq ir-raġel, li min-naħa tiegħu waqa’ u ħabat rasu.

Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanza li ħaddet lil anzjani l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn inatgħu l-kura meħtieġa. Aktar tard, ir-raġel ġie iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata bi ġrieħi ħfief.


Il-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.


L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.