Hekk kif din il-ġimgħa ngħata bidu għal sena skolastika ġdida, tfaċċaw numru ta’ problemi li sfortunatmanet ta’ kuljum qed jisiċċaw iħabbtu wiċċhom magħhom bosta studenti, ġenituri u anke edukaturi.
Filfatt fl-aħħar jiem smajna bil-problema li qed jaffaċċjaw numru ta’ studenti li jagħmlu użu mit-trasport tal-iskejjel. Dan minħabba li dawn it-tfal qed jitilqu mid-dar għall-ħabta tas-6:30 ta’ filgħodu u jaslu lura fl-4 ta’ waranofsinhar minħabba li qed jispiċċaw jinġabru ma’ studenti oħra minn lokalitajiet differenti. Fejn jidher li dan kollu huwa kaġun tad-deċiżjoni tal-Gvern li ma jawtorizzax l-użu ta’ vannijiet 8 seater.
Mistoqsi proprju dwar din il-kwistjoni, il-Ministru tal-Edukazzjoni Clifton Grima, filwaqt li ma ċaħadx li teżisti din il-problema, prova jitfa’ t-tort fuq il-ġenituri stess għax skont hu, kienu huma li għażlu l-operatur tal-vannijiet tal-iskejjel għal uliedhom. Bil-Ministru jibqa’ ma jagħti ebda soluzzjoni ta’ kif se tissolva din il-kwistjoni.
Mistoqsi wkoll dwar meta se tkun lesta l-iskola tan-Nadur, il-Ministru Clifton Grima, filwaqt li kkonferma li din għadha ma tlestitx… qalilna li se tkun qed tinfetaħ b’mod uffiċjali fi ftit ġimgħat oħra.
Għalkemm il-Gvern prova jagħti l-impressjoni li din l-iskola kienet lesta.. huwa fatt magħruf li għadha mhux kompluta b’numru ta’ klassijiet, faċilitajiet u l-grawnds li fadlilhom ħafna xogħol xi jsir biex ikunu għad-dispożizzjoni tat-tfal Għawdxin.
Ta’ min wieħed jinnota wkoll li l-Gvern qiegħed iqarraq bil-poplu meta jgħid li bena tliet skejjel ġodda f’sena waħda għaliex l-iskola tan-Nadur, tar-Rabat (Malta) u ta’ Ħal Għaxaq sar fihom manutenzjoni u ristrutturar u ebda minnhom ma hi skola ġdida.
Dwar id-diffulkatjiet li qed jaffaċċjaw bosta edukaturi fix-xogħol tagħhom, il-Ministru tal-Edukazzjoni qal biss li jifhem li hemm ċerti sfidi iżda għal darb oħra… ma ta ebda proposti konkreti li jtaffu dawn id-diffikultajiet.