Milan se jkunu qed jospitaw lil Lazio f’San Siro bit-tama’ li jkomplu jagħmlu l-pressjoni fuq Inter li jinsabu fil-quċċata tal-klassifika.
Milan jinsabu fit-tieni post fil-klassifika bl-istess punti ta’ Inter fl-ewwel post, bid-differenza ta’ gowls tissepera ż-żewġ timijiet ta’ Milan.
Lazio b’differenza mill-avversarju tagħhom kellhom bidu mħallat, hekk kif kisbu biss żewġ rebħiet mill-ewwel sitt partiti, bl-aħħar rebħa tasal fl-aħħar partita kontra Torino bl-iskor ta’ 2-0 fi Stadio Olimpico.
Partita oħra tispikka fis-seba’ ġurnata hija dik bejn Atalanta u Juventus fil-Gewiss Stadium.
Iż-żewġ timijiet kellhom bidu simili hekk kif kull m’hemm punt wieħed jisseperahom, bil-Bianconeri jokkpuaw it-tielet post filwaqt li Atalanta jinsabu fir-raba’ post.
Juventus irritornaw għar-rebħ fl-aħħar partita kontra Lecce bl-iskor ta’ 1-0 wara t-telfa sorprendenti ta’ 4-2 kontra Sassuolo ġimgħa qabel, filwaqt li Atalanta ukoll kisbu rebħa minima kontra Hellas Verona ta’ 1-0 fl-aħħar konfront tagħhom.
Lecce se jkunu qed jisfidaw lil Napoli fi Stadio Via Del Mare, bit-tama’ li ż-żewġ timijiet jirritornaw għar-rebħ.
Salernitana se jkunu qed jospitaw lil Inter, fejn se jkunu qed jimmiraw li jiksbu punti kruċjali hekk kif wara l-ewwel sitt logħbiet għadhom bla rebħa, filwaqt li Inter qed jittamaw li jsibu l-forma lura wara t-telfa kontra Sassuolo fl-aħħar partita.
Għada, Bologna se jkunu qed jaffrontaw lil Empoli fi Stadio Renato Dell’Ara, filwaqt li Udinese se jkunu qed jaffrontaw lil Genoa
It-Tnejn, Sassuolo se jilagħbu kontra Monza filwaqt li fl-istess ħin Torino se jkunu qed jilqgħu lil Hellas Verona fi Stadio Olimpico Grande Torino.
Illum:
Għada:
It-Tnejn: