Malta
This article was added by the user . TheWorldNews is not responsible for the content of the platform.

Snooker: Alex Borg jirbaħ l-ewwel ranking tounament tal-istagun

Nhar il-Ġimgħa, Alex Borg, rebaħ l-ewwel unur maġġuri tal-Malta Billiards & Snooker Association għal dan l-istaġun meta fil-finali tal-ewwel Rankin Tournament, li ntlagħabet fuq l-aħjar minn disa’ frames, għeleb liċ-champion renjanti Aaron Busuttil, 5-3.
Borg fetaħ vantaġġ nett ta’ 3-0 fl-ewwel parti tal-konfront għalkemm fit-tieni frame Busuttil falla l-aħħar boċċa sewda u naqqas milli jikseb il-parita’. Busuttil naqqas id-distakk fir-raba’ frame, u fil-ħames frame huwa kellu vantaġġ ta’ 50 punt iżda kien ftit sfortunat li mar telfa fuq ħamra biex wara ftit reġa ta’ ċans lil Borg biex jirkupra li żvantaġġ ta’ punti u b’mini break ta’ 46 punt ikklerja l-medja u rebaħ dan il-frame.

Wara li Busuttil deher li rega’ daħal fil-logħba, meta naqqas id-distakk għal 3-4, huwa seta’ jisforza anke’ għal frame deċiżiv iżda falla roża meta kien jonqos ħamra waħda biex ta opportunità tad-deheb lill-avversarju. Il-veteran Borg ma falliex u għalaq il-partita biex kiseb l-ewwel titlu tal-istagun.

Aktar kmieni matul il-ġimgħa, Aaron Busuttil fis-semi finali rebaħ kontra Brian Cini 4-2 filwaqt li Alex Borg ikkwalifika wara li għeleb lil Chris Peplow 4-3.

Wara din il-finali, Ivan Brincat, il-President tal-Malta Billiards & Snooker Association li fil-gimgħat li għaddew, waqt il-Laqgħa Ġenerali tal-Assoċjazzjoni reġa’ ġie kkonfermat biex imexxi dan l-isport għas-sentejn li ġejjin, għamel il-preżentazzjoni lir-rebbieħ, Alex
Borg.

It-Tnejn, 2 t’Ottubru 2023, jibda l-kampjonat il-ġdid fejn fl-erba’ diviżjonijiet, bejn il-klassi Premier u t-Tielet Diviżjoni ser jieħdu sehem 78 plejer, għoxrin minnhom fl-ogħla kategorija, dik Premier.